Avviż 13 – 14 t’ Awwissu 2022

Nhar it-Tlieta 16 t’Awwissu – l-Erbatax-il Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju, litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku.

Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.


Nhar is-Sibt nagħtu bidu għall-Festa Solenni ta’ Missierna San Duminku:

Is-Sibt, 20 t’Awwissu – Jum l-Għaqdiet Dumnikani tal-Birgu

Fis-6.00p.m. Rużarju, litanija, u kurunella ta’ San Duminku.

Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija minn P. Alan J. Adami OP għall-membri tal-għaqdiet kollha Dumnikani tal-Birgu. Wara l-quddiesa ser jiġi inawgurat il-proġett il-ġdid tad-dawl tal-faċċata u l-koppla tal-knisja.

Fit-8.00p.m. Riċeviment għall-membri tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, f’Palazz id-Dumnikani.


Il-Ħadd, 21 ta’Awwisu – Ħruġ min-niċċa

*Fid-9:30a.m Quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP. Wara jsir il-ħruġ min-niċċa tal-vara devota ta’ Missierna San Duminku.

Fl-10.30 a.m. Marċ mill-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu u wara ssir l-inawgurazzjoni tal-proġetti ġodda tal-armar ta’ barra mill-Kumitat Festi Esterni. Wara jkun hemm laqgħa soċjali bejn il-Membri u l-partitarji dumnikani fil-każin Palazz id-Dumnikani.

Fis-7.30p.m. Kunċert Mużikali mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, fil-Palazz tal-Inkwiżitur, biex jiġi mfakkar it-80 anniversarju minn meta d-Dumnikani ħadu pussess tal-Palazz fi żmien il-Gwerra. Wara jsir il-ftuħ tal-wirja, “Id-Dumnikani u l-Palazz tal-Inkwiżitur,” imtellgħa minn Heritage Malta.

Dawk li jixtiequ jagħmlu bukkett fjuri quddiem il-vara ta’ Missierna San Duminku fil-jiem tal-festa jkellmu lil Fra Xmun Cachia. Kull bukkett jiswa €30. Wieħed jista’ jagħti wkoll bukkett ta’ mħabba billi jagħti donazzjoni b’risq il-knisja u jitwaħħal biljett b’ismu mal-bord fejn il-vara wkoll.


Matul dawn il-jiem is-Sur Alfred Debattista, f’isem il-Kumitat tal-festi esterni, qiegħed jiġbor l-arbular b’risq il-festa ta’ Missierna San Duminku. Inħeġġiġkom tkunu ġenerużi biex inkunu nistgħu nkopru l-ispejjeż marbuta mal-festi ta’ barra.

63 views0 comments

Recent Posts

See All