top of page

Avviżi

Il-lejla tajna bidu għall-festa ta’ Missierna San Duminku.


Matul din il-ġimgħa nkomplu bil-programm:


Fid-9:30a.m. Quddiesa mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP. Wara jsir il-ħruġ min-niċċa tal-vara devota ta’ Missierna San Duminku.

Fl-10.30a.m. marċ mill-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu u wara ssir l-inawgurazzjoni tal-proġetti ġodda tal-armar ta’ barra mill-Kumitat Festi Esterni.

Fis-7:30p.m. Kunċert mużikali mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, fil-Palazz tal-Inkwiżitur biex jiġi mfakkar it-80 Anniversarju minn meta d-Dumnikani ħadu pussess tal-palazz fi żmien il-gwerra. Wara jsir il-ftuħ tal-Wirja, “Id-Dumnikani u l-Palazz tal-Inwkiżitur,” mtella' minn Heritage Malta.

It-Tnejn 22 t’Awwissu – Ikollna l-festa tat-tfal.

Fis-6:15p.m. quddiesa mmexxija minn P. Reno Muscat OP u wara dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Duminku akkumpanjata mill-Banda Prince of Wales Own, tal-Birgu.


It-Tlieta 23 t’Awwissu – L-Aħħar Tlieta. Fil-5:30p.m. Rużarju, wara talba tal-għasar u pontifikal mmexxi mill-E.T. Mons. George Frendo OP fejn wara nilqgħu fosta r-relikwija tal-Brevjar ta’ Missierna San Duminku li ser tinġib minn Ruma.

Fit-8p.m. Ikla soċjali fi triq il-mina l-Kbira.

L-Erbgħa 24 t’Awwissu – L-Ewwel Jum tat-Tridu Fl-10a.m. quddiesa għall-anzjani mmexxija mill-Arċipriet Kan. Dun Karm Busuttil.

Fil-Jiem tat-Tridu – Fil-5:30p.m. Rużarju u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. quddiesa bil-priedka mill-Kan. Dun Dillon Bugeja. Wara jkollna l-kant tal-innu, antifona u barka sagramentali.


L-Erbgħa 24 t’Awwissu – Attività soċjali fil-każin mtellgħa miż-żgħażagħ Dumnikani. Il-Ħamis 25 t’Awwissu - fit-8:30p.m. Marċ.

Il-Ġimgħa 26 t’Awwissu- jkollna l-marċ il-kbir bix-xbieha ta’ Missierna San Duminku fejn wara titelgħa fuq il-kolonna.


Nhar is-Sibt 27 t’Awwissu – Lejliet il-festa Fl-10a.m. Quddiesa tat-Te Deum immexxija minn P. Llewellyn Muscat OP. Fil-11a.m. Marċ brijuż. Fil-5:30p.m. Rużarju. Fis-6:00p.m. quddiesa mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef OP. Wara nilqgħu fosta lill-E.T. Mons. Arċisqof Joseph Augustine Di Noia OP li ġej mill-Vatikan għall-festa tagħna. Fis-6:45p.m. nagħtu bidu għat-Translazzjoni, li din is-sena ser issir mill-kappella tal-Palazz tal-Inkwiżitur. Wara talba tal-għasar bis-sehem tal-orkestra u barka sagramentali.


Fid-9:30p.m. ikollna l-programm mużikali fuq il-planċier fuq it-torri ta’ San Ġwann u ħruq tan-nar tal-art.


Il-Ħadd 28 t’Awwissu – Jum il-Festa Quddies: Fis-6:45a.m. , fit-8a.m. Fid-9:15a.m. nilqgħu fosta lill-E.T. il-President ta’ Malta Dr. George Vella u wara nagħtu bidu għall-Pontifikal Solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Arċisqof Di Noia. Wara ssir l-inawgurazzjoni tal-pittura l-ġdida tal-artal ta’ San Vinċenz Ferrer. Fis-5:45p.m. Talba tal-Għasar u fis-6:15p.m. Quddiesa. Fis-7:15p.m. Toħroġ il-purċissjoni bil-vara ta’ Missierna San Duminku. Fl-10:30p.m. dħul tal-vara u barka sagramentali. Wara jkollna l-marċ tal-aħħar.


Din is-sena għall-festa ser ikollna delegazzjoni minn Augusta ġewwa Sqallija u l-Banda Dumnikana tagħhom, li ser jieħdu sehem fil-festa tagħna lejliet u nhar il-festa. Huma jiċċelebraw lil San Duminku t’Augusta.

Infakkar li dawk li jridu jagħmlu l-bukkett tal-fjuri jew bukketti ta’ mħabba quddiem il-vara ta’ San Duminku jkellmu lil Fra Xmun.

F’ismi u f’isem ħuti l-patrjiet Dumnikani tal-Birgu flimkien mal-għaqdiet kollha nawgurawlkom festa mill-isbaħ u qaddisa.

96 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page