top of page

Avviżi

Illum qiegħda ssir il-ġabra speċjali tax-xahar. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom. Wieħed jista’ jitfa' d-donazzjoni tiegħu fil-kaxxa li hemm f'nofs il-knisja.

Matul il-ġimgħa li ġejja ser niċċelebraw il-festa ta’ San Tumas t’Akwinu u ser infakkru is-700 anniversarju tal-kanonizzazzjoni tiegħu. San Tumas t’Akwinu huwa qaddis kbir Dumnikan, kien teologu kbir u t-tagħlim tiegħu ħalla impatt kbir fil-knisja universali. San Tumas t’Akwinu kien il-qaddis li ħadem ħafna biex tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Corpus Christi u kiteb il-liturġija u l-innijiet għal din il-festa tal-Ewkaristija Mqaddsa.


It-Tlieta 24 ta’ Jannar – Konferenza San Tumas t’Akwinu Fis-7p.m. ser issir l-ewwel konferenza mis-sensiela “Niskopru l-fidi mil-lenti ta’ San Tumas t’Akwinu” bit-tema: Min hu Alla? Din ser issir fis-Sala Dumnikana fis-7p.m. u jindirizza l-konferenza Mons. George Frendo OP.


L-Erbgħa 25, il-Ħamis 26 u l-Ġimgħa 27 ta’ Jannar – Jiem tat-Tridu tal-Festa ta’ San Tumas t’Akwinu. Fis-6p.m. rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija u wara tingħad il-kurunella, kant tal-antifona u barka sagramentali.


Is-Sibt 28 ta’ Jannar – Lejliet il-Festa ta’ San Tumas t’Akwinu Il-quddiesa tas-7:30a.m. tkun fuq l-artal ta’ San Tumas. Fil-5:30p.m. tranżlazzjoni mmexxija mill-W. R. Provinċjal P. Vince Micallef OP, jieħdu sehem il-banda tal-iscouts tal-Ħamrun. Wara jsir il-kant tat-talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-W. R. Provinċjal P. Vince Micallef OP.


Il-Ħadd 29 ta’ Jannar – Jum il-Festa Fit-8a.m. quddiesa animata mill-kor ta’ Bormla. Fid-9:15a.m. ingress solenni ta’ Mons. Arċisqof George Frendo OP u wara tibda quddiesa solenni mmexxija minnu bis-sehem tal-orkestra. Fl-10:30a.m. joħroġ il-pellegrinaġġ devozzjonali mat-toroq tal-Birgu. Fil-11:30p.m. waqt id-dħul tal-pellegrinaġġ titkanta l-antifona u tingħata l-barka sagramentali. Fin-12:30p.m. ser jiġi organizzat pranzu tal-okkażjoni fil-kunvent. Dawk li huma interessati li jattendu jkellmu lil helpers tas-soltu. Il-prezz huwa ta’ €18 u jinkludi tliet platti u deżerta.

194 views0 comments

Recent Posts

See All

Commentaires


bottom of page