top of page

Avviżi 10-11 Diċembru 2022

Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-knisja.


It-Tlieta 13 ta’ Diċembru – Irtir tal-Avvent Il-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani qed jorganizza rtir għal-lajċi fil-kunvent. Mid-9a.m. sa 12p.m. Wara jkollna ikla flimkien.


Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru – Bidu tan-Novena tal-Milied Fis-6p.m. rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija u wara ssir purċissjoni bil-Bambin mill-artal maġġur għall-presepju fil-kappella tad-Duluri fil-Knisja u tingħad il-Kurunella tal-Bambin Ġesù.

Matul in-novena tal-Milied mis-16 sat-23 ta’ Diċembru: Novena tal-Milied Fis-6p.m. rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija u wara tingħad il-Kurunella tal-Bambin Ġesù quddiem il-presepju fil-knisja.

Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru – 80 sena anniversarju minn meta ġew id-Dumnikani lura l-Birgu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fid-9:15a.m. quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP fil-Palazz tal-Inkwiżitur fl-okkażjoni tat-80 Anniversarju. Wara reċiviment fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Fis-6p.m. ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Knisja.

30 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentarios


bottom of page