Avviżi 10- 11 ta’ Lulju 2021

Is-Sibt 10 ta’ Lulju – Book Launch tal-Ktieb: Id-Dumnikani fil-Birgu Fit-8p.m. Book launch tal-Ktieb id-Dumnikani fil-Birgu ġewwa l-Excelsior Hotel. Din il-pubblikazzjoni fuq il-ġrajja tal-Ordni Dumnikan fil-Birgu miktuba minn Anton Attard u qeda ssir fl-okażżjoni taċ-ċentinarju ta’ San Duminku. Wieħed jista’ jsegwi iċ-ċerimonja Live fuq il-facebook page tal-Kunvent.


It-Tlieta 13 ta’ Lulju – Jum il-Kanonizazzjoni u d-Disa’ Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mexxija mill-Pirjol. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali. Fis-7p.m. fil-Kjosrtu jkollna it-Tmien Konferenza taċ-Ċentinarju minn P. Justin Schembri O.P. bit-tema’ it-Tfittxija tal-Wiċċ t’Alla: l-Kariżma Dumnikana u l-Iskrittura Mqaddsa.

Is-Sibt 24 ta’ Lulju – Tnedija tal-Album ġdid: Qalb Dumnikana Fit-8p.m. iż-Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu ser itellgħu serata biex iniedu l-Album ġdid tad-diski u filmati mużikali fl-okkażjoni tas-sena ċentinarja ta’ San Duminku. Wieħed jista’ jsegwi LIVE fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kunvent u tal-Kumitat tal-Festa.

Matul dan il-weekend qiegħed jitqassam il-fuljett mit-telgħa tal-Lunzjata ta’ dan ix-xahar fih hemm ukoll l-envelope biex wieħed ikun jista jitfa’ d-donazzjoni tiegħu b’risq il-Festi ta’ ġewwa l-Knisja ta’ din is-sena. Din is-sena hija waħda speċjali għalina u tafu li kull ċelebrazzjoni iġġib spejjeż kbar magħha. Għalhekk nafdaw fil-ġenerożita’ kbira tagħkom.

54 views0 comments

Recent Posts

See All