Avviżi 11 – 12 ta’ Diċembru 2021

Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. Ċelebrazzjoni “Ngħixu l-Avvent Flimkien” fl-Oratorju fil-Kunvent.

Nhar l-Erbgħa ngħatu bidu għan-novena tal-Milied. Ejjew nieħdu l-opportunità biex ngħixu dawn id-disa’ t’ijiem bħala preparazzjoni xierqa u spiritwali għas-solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.


L-Erbgħa 15 ta’ Diċembru – L-Ewwel Jum tan-Novena Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara bis-sehem tal-abbatini ssir il-purċissjoni bil-Bambin fil-knija biex wara jitqiegħed fil-presepju u tingħad il-kurunella tal-Bambin Ġesù.


Il-Ħamis 16, Il-Ġimgħa 17 u s-Sibt 18 ta’ Diċembru – Jiem tan-Novena Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara tingħad il-kurunella tal-Bambin Ġesù quddiem il-presepju.


Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru – Birgu by Christmas Lights L-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu ser tesegwixi programm mużikali tal-Milied fil-Pjazza tal-Birgu fid-9:30p.m. Din hija parti mill-attività Birgu by Christmas Lights organizzata mill-Kunsill Lokali. Il-Ġimgħa u s-Sibt ser ikun hemm attivitajiet tal-Milied fil-kjostru tal-kunvent. Dawn jinkludi wirja tal-bambini, kant minn korijiet, ikel tal-Milied u kids animation.


Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru – Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Fl-10a.m. Quddiesa tan-Novena tal-Milied għat-tfal. Fis-6p.m. Ċelebrazzjoni “Ngħixu l-Avvent flimkien” fl-Oratorju fil-Kunvent.

Matul din il-ġimgħa ser isir bejgħ ta’ pjanti u ponzjetta tal-Milied mill-intrata tal-kunvent. Wieħed jista’ wkoll jixtri ponzjetta għall-knisja biex tintrama' fuq l-artal.


Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni fuq l-użu tal-mobiles fil-knisja. Importanti li meta nidħlu l-knisja għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija nagħmlu l-mobile fuq silent mode jew nitfuħ. Grazzi ħafna tal-koperazzjoni tagħkom.

39 views0 comments

Recent Posts

See All