Search

Avviżi 11-12 ta' Lulju 2020

  1. Nhar it-Tlieta niċċelebraw id-9 Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija, kurunella, litanija, antifona u barka sagramentali.

  2. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju, qed jiġi organizzat High Tea bit-tombla fil-kjostru tal-Kunvent fis-7p.m. b’risq il-proġetti tal-Knisja. Għall-biljetti tistgħu tkellmu lir-Rose Zammit, Estelle Farrugia u Grace Gatt.

  3. Il-Ġabra speċjali li saret b’risq il-Knisja tagħna wara l-pandemija tal-Covid-19 laħqet is-somma sabiħa ta’ €1,644.72c. Grazzi mill-qalb! Dawn ser imorru b’risq żewġ proġetti li ser nagħmlu fil-ġimgħat li ġejjien. Għandna l-proġett tal-makinarju ġdid biex jitla’ t-tużell u r-restawr tat-terħa tar-rakmu tal-festa li tintrama’ fuq l-artal ta’ San Vincenz.

  4. Infakkarkom biex taħsbu kmieni għall-intenzzjonijiet tal-quddies. Ix-Xhur ta’ Lulju u Awwissu huma mimlijin kollha. Min irrid jagħmel l-intenzzjonijiet tal-quddies ikellem lil Fra Xmun jew lili.

  5. Dawk li jixtiequ jagħmlu l-bukkett tal-fjuri quddiem il-vara ta’ San Duminku fil-jiem tal-festa jistgħu jagħmlu l-ordni tiegħu ma’ Fra Xmun jew miegħi. Il-Bukkett jiswa’ €35.

0 views
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa