Avviżi 12- 13 ta’ Ġunju 2021
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Ġunju - niċċelebraw il-Ħames Tlieta ta’ Missierna San Duminku. Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mexxija mill-Pirjol. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.
Il-funeral tal-ex-Provinċjal P. Frans Micallef OP ser isir nhar/għada t-Tnejn fis-2p.m. fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar u San Duminku, r-Rabat. Il-bieraħ għadda għall-ħajja ta’ dejjem ħuna Mons. Isqof Dumink Ebejer, Isqod Dumnikan Maltli fil-Brażil. Inħeġġukom biex titolbu għal ruħhom.
Dawk li jixtiequ joffru quddiesa għall-għeżież mejtin tagħna jistgħu ikellmu lil Fra Xmun.
Il-Pirjol u l-Kapitlu tal-Kunvent jirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Corpus Christi. Avveniment ieħor li jitniżżel fl-istorja tas-sena ċentinarja. Grazzi lil kulħadd!
Illum qegħda ssir il-ġabra speċjali tax-xahar ta’ Ġunju. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ kbira tagħkom. Bid-donazzjonjiet tagħkom tkunu qed tgħinuna nkomplu bil-proġetti u l-ħidmiet tagħna.
Il-Kumitat tal-Festi Ċentinarji ser jippublika ktieb ġdid bit-titlu Id-Dumnikani fil-Birgu tal-awtur Vittorjosan is-Sur Anton Attard. Dan il-ktieb jiġbor fih l-istorja tad-Dumnikani fil-Birgu flimkien ma 'l fuq minn 80 ritratt. It-tnedija ser issir is-Sibt 3 ta' Lulju fit-8:00 ta' filgħaxija fil-Grand Hotel Excelsior. Ser ikun offrut it-trasport minn quddiem il-Knisja fis-7:15pm għall-prezz ta' €3. Kull min hu interessat jista' jkellem lil P. Alan Adami jew lis-Sinjura Grace Gatt biex jibbukja post, sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 18 ta' Ġunju.
Comments