Avviżi 12 - 13 ta’ Frar 2022

Il-Ġimgħa 18 ta’ Frar – Laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. issir il-laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-Oratorju.

Matul il-jiem tad-dehriet tal-Madonna ta’ Lourdes il-grotta tal-Madonna fl-intrata tal-kunvent tkun miftuħa mis-7a.m. sa 12p.m. u mill-4p.m. – 7p.m. Din hija opportunità biex wieħed jinġabar fis-skiet u l-ġabra biex jitlob lill-Verġni Marija.


Il-ġabra speċjali ‘risq il-knisja tagħna li saret il-weekend li għadda laħqet is-somma ta’ €541.28c. Grazzi tal-ġenerożità kbira tagħkom. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-restawr tal-lampier tas-Ssm. Sagrament u fil-ġimgħat li ġejjin ser nibdew ix-xogħol fuq il-bjut tal-knisja.

31 views0 comments

Recent Posts

See All