top of page

Avviżi 13 – 14 ta’ Mejju 2023

Il-Ħadd 14 ta’ Mejju – Quddiesa għad-Dumnikani Mejtin Fit-3:30p.m. fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata ser issir quddiesa għal ħutna Dumnikani Ġirbin mejtin. Din qed issir fl-okkażjoni tal-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku.


It-Tnejn 15 ta’ Mejju – Lejliet l-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-5:45p.m. rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat. Fis-6:15p.m. quddiesa mmexxija mill-Pirjol fuq l-artal ta’ Missierna San Duminku. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali. Fis-7p.m. Ċelebrazzjoni ta’ talb u tqegħid tal-kuruni tal-fjuri quddiem ix-xbieha ta’ San Duminku tal-ġebel fi triq il-Mina l-Kbira. Fit-8p.m. Mota Solenni tat-Tliitiet ta’ Missierna San Duminku.


It-Tlieta 16 ta’ Mejju – L-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku Quddies: 7:30a.m. u 10a.m. fuq l-artal ta’ Missierna San Duminku. Fil-5:30p.m. Rużarju. Fil-5:30p.m. l-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu tagħmel marċ biex issellem lis-saċerdot novell P. Ian Zammit OP. Fis-6:15p.m. Quddiesa solenni mmexxija mis-saċerdot novell P. Ian Zammit OP. Wara tingħad il-kurunella, kant tal-antifona u barka sagramentali. Fi tmiem il-quddiesa jsir il-bews tal-idejn tas-saċerdot novell. Fit-8p.m. Attività soċjali fil-kjostru tal-kunvent imtellgħa mill-kumitat tal-festa.


Is-Sibt 20 ta’ Mejju – Lejliet is-Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema Fil-5:30p.m. rużarju u wara talba tal-Għasar Kantata. Fis-6:15p.m. quddiesa.

Illum qed jitqassam fuljett li fih isibu lista ta’ proġetti u affarijiet ġodda li nxtraw għall-knisja tagħna u kif ukoll artiklu bi preparazzjoni għall-festa ta’ Missierna San Duminku li ser tiġi ċċelebrata il-Ħadd 27 t’Awwissu. Qed jitqassam ukoll envelope fejn wieħed jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq il-festa ta’ ġewwa. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

Il-Pirjol u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani jawguraw l-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm. Tajjeb li f’dan il-jum ukoll nitolbu għall-ommijiet mejtin kollha.

8 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page