top of page

Avviżi 14 – 15 ta’ Jannar 2023

Il-Ħamis 19 ta’ Jannar – Anniversarju tal-attakk fuq il-knisja u l-kunvent. Huwa 82 anniversarju mill-attakk mill-ajru fit-Tieni Gwerra Dinjija fuq il-knisja u l-kunvent tagħna hawn il-Birgu. Il-quddiesa tas-6:15p.m. tkun b’suffraġju għall-benefatturi dumnikani li ħadmu biex jerġgħu jinbnew il-knisja u l-kunvent.

Illum qed jitqassam il-fuljett mit-Telgħa tal-Lunzjata li fih issibu l-programm dettaljat taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-festa ta’ San Tumas t’Akwinu fejn din is-sena qegħdin infakkru s-700 sena minn meta ġie kkanonizzat. Hemm ukoll il-programm sħiħ ta’ konferenzi li ser isiru fuq it-tagħlim ta’ San Tumas matul din is-sena mill-Arċisqof George Frendo. Qiegħed jitqassam ukoll l-envelope biex wieħed ikun jista’ jagħti l-offerta tiegħu tal-Istrina lill-knisja tagħna. Bid-donazzjonijiet tagħkom inkunu nistgħu nkopru l-proġett ta’ manutenzjoni li ser issir fuq il-bjut u z-zuntier tal-knisja. Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożità tagħkom.

69 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page