Avviżi 14 - 15 ta’ Mejju 2022
Jekk Alla jrid minn nhar/għada t-Tnejn 16 ta’ Mejju nagħtu bidu għall-mixja lejn il-festa ta’ Missierna San Duminku ġewwa l-Birgu, li ser tiġi ċċelebrata il-Ħadd 28 t’Awwissu.
It-Tnejn 16 ta’ Mejju – Lejliet l-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa votiva ta’ San Duminku ċċelebrata mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. fuq l-artal tiegħu. Wara titkanta l-litanija ta’ San Duminku u tingħata l-Barka Sagramentali.
Fis-7:30p.m. ċerimonja tat-tqegħid tal-kuruni tar-rand mill-Għaqdiet Dumnikani tal-Birgu quddiem in-niċċa ta’ San Duminku fi Triq il-Mina l-Kbira fejn tingħad il-kurunella u jitkanta l-innu Sebħ il-Ġmiel ta’ Kalaroga.
Wara tindaqq mota solenni tat-tħabbira tat-Tlitiet ta’ Missierna San Duminku. Fit-8p.m. Blue Gathering fil-Każin organizzata mill-Għaqda Żgħażagħ Dumnikani.
It-Tlieta 17 ta’ Mejju – L-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-5:45p.m. Rużarju u kurunella ta’ San Duminku. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes O.P. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef O.P., kant tal-antifona u barka sagramentali. Wara lejla soċjali fil-kjostru tal-kunvent.
Il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju – Katekeżi fuq l-omeliji tal-Papa Franġisku Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ikun hemm il-laqgħa tal-katekeżi fuq l-omelija tal-Papa Franġisku f’Malta fis-Sala Dumnikana.
Ilbieraħ fil-kunvent tagħna lqajna żewġ refuġjati mill-Ukrajna. Dawn kienu jgħixu fil-fruntiera tal-Ukrajna u r-Russja u sfaw bla dar. Minħabba l-gwerra kellhom iħallu l-familja, darhom u pajjiżhom. Dawk li jixtiequ jgħinu b’xi mod jistgħu javviċinaw lill-Pirjol jew lil P. Tonio Mallia Milanes.
Illum qed inqassmulkom fuljett bil-programm tat-Tlitiet ta’ Missierna San Duminku. Ejjew nagħmlu ħilitna biex nattendu bi ħġarna ħalli nagħmlu din il-mixja lejn il-festa flimkien bħala komunità. It-Tema ta’ din is-sena ser tkun: San Duminku: Bniedem ta’ Talb. Ejjew nimitaw lil Missierna San Duminku billi nitħeġġu għall-ħajja ta’ talb.
留言