Avviżi 15 - 16 ta’ Jannar 2022

  1. Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Jannar - L-Anniversarju tat-Tieni Gwerra Dinjija Nhar is-19 ta' Jannar 1941 kienu ġġarfu l-Knisja u l-kunvent b'attakk mill-ajru fit-II Gwerra Dinjija. B'xorti tajba dakinhar ħadd ma' kien tilef ħajtu, imma kienu ntilfu il-Knisja u l-Kunvent. Grazzi għal ħidma ta' qabilna u ta' tant benefatturi wara l-gwerra ħadmu biex jerġgħu jinbnew mill-ġdid il-Knisja u l-Kunvent. Nhar l-Erbgħa 19 ta' Jannar il-quddiesa tas-6:15p.m. ser tkun b'suffraġġju għall-benefatturi mejtin tal-Knisja u l-Kunvent.

  2. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Jannar – Laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti Fis-7p.m. laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-oratorju fil-kunvent.

  3. Il-ġabra speċjali ta’ dan ix-xahar li saret il-weekend li għadda laħqet is-somma ta’ €1,300.60c Grazzi mill-qalb tal-ġenerożità kbira tagħkom.

  4. F’ismi u f’isem ħuti l-patrijiet nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lil dawk kollha kienu nvoluti fiċ-ċelebrazzjonijiet tas-sena ċentinarja ta’ Missierna San Duminku. Bl-għajnuna ta’ kulħadd għamilna sena mimlija ċelebrazzjonjiet dinjitużi li fihom fakkarna it-800 sena mill-mewt ta’ Missierna San Duminku.

16 views0 comments

Recent Posts

See All