Avviżi 16– 17 ta’ Jannar 2021
Nhar it-Tlieta jaħbat it-80 Anniversarju minn meta iġġarfet il-Knisja tagħna tal-Lunzjata bil-bombi mill-ajri fit-II Gwerra Dinija. Il-quddiesa tas-6:15p.m. ser tkun b’suffraġġju għall-benefatturi tal-Knisja tagħna li ħadmu biex terġa tinbena. Wara l-quddiesa ser issir preżentazzjoni lill-kapitlu tal-Kunvent mis-Sur Joseph Saliba ta’ biċċiet mill-pittura tal-koppla li ġġarfet fil-gwerra. Dan huma biċċiet imprezzabli minħabba li l-koppla kienet waqgħet qabel ma’ ġiet inawgurata il-pittura tal-koppla mill-artist Giovanni Battista Conti.
· Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar fis-7p.m. ikollna il-laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti fl-oratorju.
· Nirringrazzjawkom mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom. Il-ġabra speċjali tax-xahar li saret fl-ewwel weekend ta’ Jannar kienet ta’ €633.38c u l-ġabra speċjali tal-Ħadd li għadda tal-ftuħ taċ-ċentinarju kienet ta’ €600.58c.
· Il-Pirjol u l-Komunita’ jixtiequ jirringrazzjaw minn qalbhom lill-Kumitat taċ-ċentinarju tal-Birgu, lill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, il-Kumitat tal-Festa, l-Għaqda Zgħażagħ Dumnikani tal-Birgu, il-Lajċi Dumnikani tal-Birgu, lil dawk li għennu fl-armar u t-tindif tal-Knisja, l-abbatini, il-kor, tal-qniepen, tan-nar, dawk li ħadmu fuq is-social media u għadd kbir ta’ volontiera li għennu biex stajna nagħmlu 10 t’ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet kbar għall-ftuħ tas-sena ċentinarja tat-800 sena mill-mewt ta’ Missierna San Duminku.
Comments