Avviżi 17- 18 t’Ottubru 2020
Għada l-Ħadd ser inkomplu biċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarji mid-dikjarazzjoni ta’ Santa Kateria ta’ Siena bħala Duttur tal-Knisja. Fil-5:30p.m. Rużarju u wara talba tal-għasar u wara quddiesa solenni, antifona u barka sagramentali.
Nhar il-Ġimgħa 23 t’Otturbu fis-7p.m. ikollna l-laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti fil-kjostru tal-Kunvent.
Infakkru li kuljum fis-6p.m. ikollna ir-reċita tar-Rużarju Mqaddes quddiem Ġesu’ Ewkaristija.
Il-Ġabra speċjali tax-Xahar t’Otturbu laħqet is-somma ta’ €640.45c Nirringrazzjawkom tal-ġenoriżita’ tagħkom.
Wara l-appell li sar il-weekend li għadda biex tinġabar donazzjoni ta’ €10 minn 25 persuna għall-ispejjeż tar-raġġiera ta’ San Duminku taċ-ċimiterju. F’temp ta’ tlett ijiem inġabret is-somma ta’ €550. Il-flus miġbura żejda ser imorru għar-restawr tal-linef tal-kor u ta’ San Duminku u San Vincenz li inbeda ftit tal-ġimgħat ilu. Grazzi mill-qalb tad-donazzjonijiet tagħkom.
Importanti li nkomplu nħħarsu d-direttivi marbutin mal-pandemija tal-Covid-19. Importanti li kulħadd jilbes il-maskra jew visor fil-Knisja u npoġġu skond kif indikat fuq il-bankijiet.
Bình luận