Avviżi 17-18 ta' Diċembru 2022
Il-Ħadd 18 ta’ Diċembru – 80 sena minn meta ġew id-Dumnikani lura l-Birgu fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fid-9:30a.m. quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP fil-Palazz tal-Inkwiżitur fl-okkażjoni tat-80 Anniversarju. Wara reċiviment fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Fis-6p.m. ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Knisja.
It-Tlieta 20 ta’ Diċembru – Purċissjoni tal-Bambin u Kunċert tal-Milied tat-tfal Fil-5:30p.m. Purċissjoni tal-Bambin li toħroġ mill-Knisja tagħna. Fis-6:15p.m. Quddiesa u wara kunċert mill-istudenti tal-iskola primarja tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir.
Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru – Christmas Carol Service Fis-7p.m. Christmas Carol Service bis-sehem tal-kor Princeps Melitae.
Is-Sibt 24 ta’ Diċembru – Lejliet il-Milied Servizz tal-Qrar – mis-7:30a.m. sat-8:15a.m., mill-10am. sal-11a.m. u mis-5:30p.m. sas-6p.m. Fis-6:15p.m. talba tal-Għasar kantata mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fil-11:15p.m. tibda l-funzjoni tal-lejla qaddis tal-Milied biċ-ċelebrazzjoni tal-Uffiċċju tal-Qari u l-prietka tat-tifel minn Lee Micallef. F’12a.m. Tibda l-quddiesa solenni kkonċelebrata tal-lejl tal-Milied immexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.
Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru – Jum il-Milied Fis-7a.m. quddiesa bir-Rit Dumnikan. Quddies: Fit-8a.m. ,12p.m. u 6:15p.m. Fl-10a.m. quddiesa kantata mmexxija minn P. Alan J. Adami OP
Infakkrukom li matul dawn il-jiem tan-novena qegħdin niġbru d-donazzjonijiet b’risq id-Dar tal-Providenza.
Comments