Avviżi 17- 18 ta’ Lulju 2021

It-Tlieta 20 ta’ Lulju – L-Għaxar Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

Il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju – Tnedija tal-Album ġdid: Qalb Dumnikana Fit-8p.m. iż-Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu ser itellgħu serata biex iniedu l-Album ġdid tad-diski u filmati mużikali fl-okkażjoni tas-sena ċentinarja ta’ San Duminku. Wieħed jista’ jsegwi LIVE fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kunvent u tal-Kumitat tal-Festa

Infakkrukom fil-pubblikazzjoni tal-Ktieb: Id-Dumnikani fil-Birgu. Din il-pubblikazzjoni fuq il-ġrajja tal-Ordni Dumnikan fil-Birgu miktuba minn Anton Attard u qeda ssir fl-okażżjoni taċ-ċentinarju ta’ San Duminku. Il-Ktieb b’soft cover jiswa’ €15 u Hard Cover €25.

Matul dan il-weekend qegħdin niġbru l-envelope bid- donazzjoni tagħkom b’risq il-Festi ta’ ġewwa l-Knisja ta’ din is-sena. Din is-sena hija waħda speċjali għalina u tafu li kull ċelebrazzjoni iġġib spejjeż kbar magħha. Għalhekk nafdaw fil-ġenerożità kbira tagħkom. Min m’għandux envelope jista’ jitfa’ d-donazzjoni fil-kaxxa tal-ġbir li hemm f’nofs il-knisja.

50 views0 comments

Recent Posts

See All