Avviżi 17-18 ta’ Settembru 2022

Nhar il-Ħamis 22 ta’ Settembru nagħtu bidu għan-novena bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju Mqaddes li ser niċċelebraw nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru. Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ngħidu t-talba tan-novena lill-Madonna tar-Rużarju.

 

Bħal-lum ġimgħa ser inqassmulkom il-programm tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju u kif ukoll l-envelope biex wieħed ikun jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq l-ispejjeż tal-festa devota li norganizzaw lill-Madonna.

 

Dawk li ordnaw il-bukkett tal-fjuri quddiem il-vara ta’ San Duminku fil-festa jistgħu iħallsu lil Fra Xmun. 

3 views0 comments

Recent Posts

See All