top of page

Avviżi 18-19 ta' Settembru 2021

Il-Ħamis 23 ta’ Settembru – Bidu tan-Novena tal-Madonna tar-Rużarju Mqaddes. Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija tal-bidu tan-novena ċċelebrata mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali, u tberik tal-kuruni tar-Rużarju Mqaddes.

Il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru – It-Tieni Jum tan-Novena Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Alan J. Adami O.P. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.

Is-Sibt 25 ta’ Settembru – It-Tielet Jum tan-Novena u Festa ta’ San Duminku ta’ Soriano Fis-5:45p.m. Rużarju Meditat u Kurunella tal-Madonna tar-Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija. Wara jkollna l-kanta tal-antifona ta’ Missierna San Duminku u barka sagramentali.

Il-Ħadd 26 ta’ Settembru – Ir-Raba’ Jum tan-Novena Fid-9:30a.m. Rużarju meditat quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Fl-10am. Quddiesa bl-omelija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.

Il-Kumitat tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own javża li nhar l-Erbgħa 22 u l-Ħamis 23 ta’ Settembru fis-Sala Dumnikana ser isiru kunċerti mill-allievi. Kulħadd mistieden jattendi.

Infakkrukom li dawk li jixtiequ jagħmlu l-intenzzjonijiet tal-quddies għall-mejtin jistgħu ikellmu lil Fra Xmun.

Il-Parroċċa tavża li nhar is-Sibt 28 ta’ Settembru ser isir seminar għat-tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof għand is-Salezjani tal-Isla.

49 views0 comments

Recent Posts

See All

コメント


bottom of page