Avviżi 2 - 3 t’ Ottubru 2021

Il-Ħadd 3 t’Otturbu – Jum il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju Quddies: Fit-8a.m. u 12p.m. Fl-9:45a.m. Ingress solenni tal-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja. Fl-10a.m. Pontifikal solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico.. Wara tingħad is-Supplika tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei. Fil-5:30pm. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-5:45p.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Stefan Galea. Fis-6:30pm. Talba tal-Għasar Solenni u repożizzjoni tar-relikwija u barka sagramentali. Fis-7:30p.m. Kunċert Mużikali quddiem il-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, mill-Kor residenzjali tal-Knisja tagħna Princeps Melitae taħt id-direzzjoni tas-surmast Stephen Camilleri. Jagħmel id-diskors tal-okkażjoni P. Tonio Mallia Milanes O.P.


Il-Ħamis 7 t’Ottubru – Festa Liturġika tal-Madonna tar-Rużarju Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjo P. Aaron Zahra OP. Fis-7p.m. Velja ta’ talba Marjana fl-okkazjoni tal-450 sena mill-Battalja ta’ Lepanto u twaqqif tal-Arċikonfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes tal-Birgu, wara tingħata l-barka sagramentali.

Matul ix-xahar tar-Rużarju kuljum fis-6p.m. jkollna rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija.

Bħalissa l-Arċikonfraternita’ tar-Rużarju tal-Knisja tagħna qeda’ ddur id-djar bix-xbieha tal-Madonna tar-Rużarju. Dawk li jixtiequ din iż-żjara ikellmu lil Pirjol.

Matul dan il-weekend qed jinġabar l-envelope b’risq il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Nirringrazzjawkom tal-ġenorożita’ kbira tagħkom.

Il-Pirjol u l-Komunita’ tal-Patrijiet Dumnikani flimkien mal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju jirringrazzjaw lil dawk kollha involuti biex stajna nġibu minn Ruma il-mitra tal-Papa Dumnikan San Piju V fil-Knisja tagħna fl-okkażjoni tal-450 sena mill-Battalja ta’ Lepanto u t-Twaqqif tal-Ariċikonfraternita’ tas-Ssm. Rużarju.

21 views0 comments

Recent Posts

See All