Avviżi 20– 21 ta’ Frar 2021

Kull nhar ta’ Ħadd matul ir-Randan fis-6:30p.m. ser ikollna lectio divina u talba tal-Għasar u l-Kompiet fl-Oratorju fil-Kunvent, biex ngħixu ir-Randan flimkien bħala komunita’. Mistednin b’mod speċjali l-Lajċi Dumnikani.

Mit-Tnejn 22 sal-Ġimgħa 26 ta’ Frar ser ikollna l-Ewwel Ġimgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali tar-Randan għal kulħadd fil-quddiesa tas-6:15p.m. minn P. Aaron Zahra O.P. u P. Tonio Mallia Milanes O.P.

Matul ir-Randan kuljum fis-5:45p.m. ikollna l-Via sagra u Rużarju qabel il-quddiesa tas-6:15p.m. u kull nhar ta’ Ġimgħa jkollna Via Sagra animata fis-5:45p.m.

Nhar il-Ġimgħa mhux ser issir il-laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti minħabba l-eżercizzi.

Il-ġabra spejali tax-xahar ta’ Frar kienet ta’ €576.19c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.

Bħal ma’ tafu ix-xahar l-ieħor lejliet il-ftuħ taċ-ċentinarju bdejna l-iskema’ tal-ġbir tal-pittura tal-artal ta’ San Duminku. Minn dakinhar l’hawn inġabret is-somma sabiħa ta’ €5,140.00c Nirringrazzjawkom ħafna filwaqt li nħeġġu oħrajn biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom b’risq dan il-proġett taċ-ċentinarju.




32 views0 comments

Recent Posts

See All
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa