Avviżi 21-28 ta' Novembru 2021

Il-Ħadd 21 ta’ Novembru – Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien kollu Fl-10a.m. Quddiesa kantata.

Għada/Illejla Mons. Arċisqof ser imexxi ċ-ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, fil-Bażilika ta’ Raħal Ġdid fil-5p.m.


It-Tlieta 23 ta’ Novembru – Laqgħa tax-xahar tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu u t-tifkira tat-Twelid ta’ Francesca Tereża Parlar. Waqt il-quddiesa tas-6:15p.m. ser infakkru it-Twelid ta’ Francesca Tereża Parlar, wara l-quddiesa jsir it-tberik tal-qabar tagħha fil-knisja tagħna. Fis-7p.m. ikollna il-laqgħa tal-lajċi Dumnikani fis-Sala tal-Kunvent. Din is-sena ser niffukaw fuq l-għajxien tal-Kelma t’Alla f’ħajjitna.


Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru – Laqgħa tal-Katekiżmu għall-Adulti Fis-7p.m. laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-Oratorju l-Kunvent.


Is-Sibt 27 ta’ Novembru – Tberik tal-Girlanda tal-Avvent Fil-bidu tal-quddiesa tas-6:15p.m. nagħtu bidu għaż-żmien qaddis tal-Avvent bit-tberik tal-girlanda tal-Avvent u l-mixegħla tal-ewwel xemgħa.


Il-Ħadd 28 ta’ Novembru – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Fl-10a.m. Quddiesa animata miż-żgħażagħ tal-bidu tal-Avvent Imqaddes. Jieħdu sehem iż-Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu.

Fis-6p.m. fl-Oratorju fil-kunvent jingħad ir-rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u t-Talba tal-Għasar. Kulħadd mistieden biex jattendi.

Il-Ġabra speċjali tax-xahar ta’ Novembru, li saret il-ġimgħa l-oħra, laħqet is-somma ta’ €501.18c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita kbira tagħkom.

36 views0 comments

Recent Posts

See All