Avviżi 21 – 28 ta’ Novembru 2021

Il-Ħadd 28 ta’ Novembru – L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Fl-10a.m. Quddiesa animata mill-Band tal-Grupp Unitas tal-Knisja tagħna. Fis-6p.m. ċelebrazzjoni “Ngħixu l-Avvent flimkien” fl-Oratorju fil-Kunvent. Ikollna rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija, talba tal-Għasar, priedka u barka sagramentali.


Il-Ħamis 2 ta’ Diċembru – Lejliet is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Fil-5:30p.m. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6p.m. Talba tal-Ewwel Għasar Kantata. Wara quddiesa u barka sagramentali.


Il-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru – Jum is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Fil-5:30p.m. Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata. Wara quddiesa kantata bl-omelija bis-sehem tal-orkestra. L-għaqdiet kollha Dumnikani tal-Birgu mistednin biex qabel ma’ jiġu nċesati s-slaleb tal-konsagrazzjoni ipoġġu kuruna tar-rand.


Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. ċelebrazzjoni “Ngħixu l-Avvent flimkien” fl-Oratorju fil-Kunvent.

Irtir tal-Avvent: Il-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani qed jorganizza nofs ta’ nhar irit tal-Avvent għal kullħadd nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru mid-9:30a.m. sa 12p.m. fil-Kunvent. Wara ser ikun hemm l-ikel. Għal booking kellmu lil Grace Gatt jew Maria Camilleri.

Matul dan il-weekend qed jitqassam il-fuljett mit-telgħa tal-Lunzjata. Fih issibu l-programm tal-attivitajiet tax-xahar ta’ Diċembru; speċjalment dawk marbuta mal-Milied.

26 views0 comments

Recent Posts

See All