top of page

Avviżi 22-23 t'Ottubru 2022

Nhar il-Ħamis 27 t’Ottubru – Rużarju fit-Toroq L-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju ser torganizza t-talba tar-Rużarju fis-7p.m. fi Triq il-Foss, il-Birgu. Nistiednu r-residenti tal-inħawi biex jingħaqdu magħna għat-talba tar-Rużarju.

Nhar il-Ġimgħa 28 t’Ottubru – Ikla tal-Għid tal-Erwieħ Heritage Malta flimkien mal-Kunvent tagħna qed jorganizzaw l-Ikla tal-Għid tal-Imwiet f’lejla unika bi żjara fil-Palazz tal-Inkwiżitur u l-Kunvent. Din qiegħda ssir fl-okkażjoni tat-80 sena minn meta d-Dumnikani ġew lura l-Birgu wara l-Gwerra. Għall-biljetti wieħed jista’ jidħol fis-sit ta’ Heritage Malta.

Nhar it-Tnejn 31 t’Ottubru – Għeluq ix-Xahar tar-Rużarju Minn wara l-quddiesa tas-7:30a.m. tibda espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija matul il-ġurnata kollha. Fis-5:45p.m. Rużarju meditat u animat bil-kant. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija u wara ċelebrazzjoni Marjana fil-Knisja bix-xbieha tal-vara tal-Madonna tar-Rużarju.


33 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page