Search

Avviżi 22 – 23 ta’ Frar 2020

  1. Il-Ħadd 23 ta’ Frar – Wara l-quddiesa tal-10a.m. ser issir il-laqgħa ġenerali tal-Kunsil tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu fis-sala fil-Kunvent.

  2. It-Tlieta 25 ta’ Frar – Il-Lajċi Dumnikani tal-Birgu mistednin għall-quddiesa tas-6:15p.m. Wara l-quddiesa jkollna mument ta’ talb fuq l-artal ta’ Santa Katarina ta’ Siena fl-okkazzjoni tal-50 sena tad-dikjarazzjoni bħala Duttur tal-Knisja. Wara isir il-laqgħa tax-xahar fl-oratorju fil-kunvent.

  3. L-Erbgha 26 ta' Frar - Ras ir-Randan. Nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għaż-żmien qaddis tar-Randan. Huwa żmien importanti ħafna għall-ħajja spiritwali tagħna. Tajjeb li nattendu għal korsijiet tal-eżerċizzi u jkollna mumenti ta’ talb u riflessjoni fuq l-Iskrittura Mqaddsa u t-talba tal-Via Crucis. Infakkrukom li nhar l-Erbgħa huwa jum ta’ sawm u astinenza. Quddies: 7:30am, 10:00am Fil-5:20pm -Talba tal-Via Sagra fil-Knisja. Fis-5:45pm - Talba tal-Ghasar. Fis-6:15pm.- Quddiesa Kkoncelebrata mmexxija mill-pirjol.

  4. Il-Ġimgha 28 ta' Frar -  Fil-5:45p.m. Via Sagra fil-Knisja u fis-6:15p.m. quddiesa. Fis-7p.m. laqgha tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika fl-oratorju fil-kunvent.

  5. Nixtiequ navzawkom li l-Kappella tad-Duluri ġewwa ċ-ċimiterju tal-Addolorata hija magħluqa fuq deċiżżjoni tal-Kapitlu tal-Kunvent minħabba raġuni ta’ sigurta. Dan minħabba li diversi drabi l-kappella kienet ser taqbadt minħabba x-xemgħa u anke vandaliżmu li nstab wara li għamilna manutenzzjoni tal-affarijiet. Il-Kappella ser tkun miftuħa matul ix-xahar ta’ Novembru.

  6. Din il-ġimgħa bid-donazzjonijiet tagħkom wara li l-ġimgħa l-oħra ħabbarna li ser jinġieb il-kranju ta’ Missierna San Duminku fis-sena ċentinarja, inġabret is-somma sabiħa ta’ €801.50c  Dawn ser imorru għall-ispejjeż tal-miġja tar-relikwija ta’ San Duminku. Dawk li jixtiequ jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom jistgħu javviċinaw lill-Pirjol jew lil Fra Xmun. Grazzi mill-qalb u nwegħedukom it-talb tagħna.

0 views
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa