Avviżi 23 – 24 t’April 2022
Il-Ħadd 24 t’April – Festa tal-Ħniena Divina
Fil-5:30p.m. ser tiġi ċċelebrata l-festa tal-Ħniena Divina fil-Knisja tagħna permezz ta’ adorazzjoni, kurunella tal-Ħniena Divina u Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 28 t’April – Ċelebrazzjoni Provinċjali tal-Festa ta’ San Piju V Il-Provinċja Dumnikana ser tiċċelebra l-450 sena mill-mewt tal-Papa Dumnikan San Piju V nhar il-Ħamis 28 t’April b’quddiesa għall-familja kollha Dumnikana fis-6:15p.m. fil-Knisja ta’ San Duminku l-Belt. Dawk li ser jattendu jkellmuna minħabba t-trasport.
Il-Ġimgħa 29 t’April – Festa ta’ Santa Katerina ta’ Siena Fis-6p.m. Talba Solenni tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP li fiha ssir il-professjoni tal-lajċi Dumnikani. Wara kant tingħad il-kurunella, kant tal-antifona u barka sagramentali.
Is-Sibt 30 t’April – Festa ta’ San Piju V Fis-6p.m. Talba Solenni tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa solenni li fiha ser infakkru l-450 sena mill-mewt tal-Papa Dumnikan San Piju V, il-Papa tar-Rużarju Mqaddes. Għal din l-okkażjoni l-Arċikonfraternita’ tas-Ssm. Rużarju ser torganizza – “Ġimgħa Rużarju” fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju fejn fiha ser nippromovu din it-talba li kienet ħafna għal qalb il-Papa San Piju V. Ser nagħtukom il-programm sħiħ ta’ attivitajiet il-ġimgħa d-dieħla.
Comments