Avviżi 24 – 25 Settembru 2022
Mill-Ħamis 22 sat-Tlieta 27 ta’ Settembru – Jiem tan-Novena Fis-6p.m. Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat. Fis-6:15p.m. Quddiesa u wara tingħad il-Kurunella tal-Madonna tar-Rużarju.
L-Erbgħa 28 ta’ Settembru – L-Ewwel Jum tat-Tridu Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Aaron Zahra OP. Wara tingħad il-Kurunella, antifona u barka sagramentali.
Il-Ħamis 29 ta’ Settembru – It-Tieni Jum tat-Tridu Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Alan J. Adami OP. Wara tingħad il-Kurunella, antifona u barka sagramentali.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru – It-Tielet Jum tat-Tridu Fl-10a.m. Quddiesa animata bit-tfal tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir. Wara ssir purċissjoni bix-xbieha żgħira tal-Madonna mat-toroq tal-Birgu animata bit-tfal u bit-talba tar-Rużarju. Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Aaron Zahra OP. Wara tingħad il-Kurunella, antifona u barka sagramentali. Fit-8p.m. Riċeviment għall-membri tal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju fil-kjostru tal-Kunvent.
Is-Sibt 1 t’Ottubru – Lejliet il-Festa Fil-5:30p.m. Trasalazzjoni tar-Relikwija mill-Oratorju tal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju, li tgħaddi minn Triq il-Mina il-Kbira, Torri ta’ San Ġwann, Alessandru VII, Palazz tal-Arċisqof u lura għall-Knisja. Wara kant tal-antifona, u talba tal-għasar mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-festa u wara barka sagramentali. Fit-8p.m. Lejla soċjali fil-kjostru tal-kunvent.
.
Il-Ħadd 2 t’Ottubru – Jum il-Festa Quddies: 8am, 12p.m. Fl-10a.m. Quddiesa u wara tingħad is-Supplika tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei Fil-5:30p.m. Talba tal-Għasar kantata mmexxija minn P. Alan J. Adami OP Fis-6p.m. Quddiesa Solenni u kkonċelebrata bis-sehem tal-orkestra mmexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP. Jippriedka l-omelija l-E.T. Mons. Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP. Fis-7p.m. Purċissjoni devota bix-xbieha devota ta’ Sidtna Marija tar-Rużarju u ta’ Missierna San Duminku mmexxija mill-Kan. Dun Stefan Galea bis-sehem tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu. Fid-dħul tal-purċissjoni titkanta l-antifona u tingħata l-barka sagramentali.
Comments