Avviżi 24 – 25 t’ Ottubru 2021
Il-Ġimgħa 29 t'Ottubru – Bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għeluq tax-Xahar tar-Rużarju u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-450 sena Anniversarju tal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju. Fis-6:45p.m. Tnedija tal-Wirja tal-Bukketti tal-Fjuri Marjani fil-Knisja. Fis-7p.m. Konferenza fuq il-Ktieb: "Mysteries Made Visible" mill-Promotur Ġenerali tar-Rużarju tal-Ordni Dumnikan P. Lawrence Lew OP fil-Kjostru tal-Kunvent.
Is-Sibt 30 t'Ottubru: Ġurnata Espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija Wara l-quddiesa tas-7:30a.m. tibda' l-espozizzjoni ta' Ġesù Ewkaristija li tkompli sal-quddiesa tas-6:15p.m . Fl-10a.m. quddiesa. Fis-5:45p.m. Talba tar-Rużarju Meditat. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni bis-Ssm. Sagrament fil-Knisja mmexxija minn P. Lawrence Lew OP, Promotur Ġenerali tar-Rużarju u wara tingħata l-barka sagramentali.
Il-Ħadd 31 t'Otturbu – Tmiem ix-Xahar tar-Rużarju Quddies: 8a.m., 10a.m., u 12p.m. Fis-5:45p.m. Talba tar-Rużarju Meditat. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. P. Lawrence Lew OP li għaliha mistednin il-Fratellanzi tar-Rużarju ta' Malta. Wara ċelebrazzjoni Marjana, Kant tat-Te Deum, u barka Sagramentali.
Il-ġabra speċjali ta’ dan ix-xahar laħqet is-somma ta’ €952.00. Grazzi mill-qalba tal-ġenerożità kbira tagħkom.
Comments