top of page

Avviżi 25 - 26 ta’ Settembru 2021

Il-Ħadd 26 ta’ Settembru – Ir-Raba’ Jum tan-Novena Fid-9:30a.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fl-10am. Quddiesa bl-omelija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.


It-Tnejn 27 ta’ Settembru – Il-Ħames Jum tan-Novena Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Llewellyn Muscat O.P. . Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.


It-Tlieta 28 ta’ Settembru – Is-Sitt Jum tan-Novena Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Charles Tabone O.P. Wara tingħad il-Kurunella u barka sagramentali.


L-Erbgħa 29 ta’ Settembru – L-Ewwel Jum tat-Tridu Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija, u wara tingħad il-kurunella. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija minn P. Michael Camilleri OP, Pirjol u Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku, Valletta. Wara kant tal-litanija, innu, antifona u barka sagramentali. Wara l-barka ssir il-professjoni tal-fratelli u s-sorelli ġodda tal-Arċikonfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes, u tasal ukoll il-mitra ta' San Piju V.


Il-Ħamis 30 ta’ Settembru – It-Tieni Jum tat-Tridu Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija, u wara tingħad il-kurunella. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija minn P. Ivan Attard O.P. Wara kant tal-litanija, innu, antifona u barka sagramentali. Wara jsir it-tberik taż-żejt tal-Madonna tar-Rużarju.

Il-Ġimgħa 1 t’ Ottubru – It-Tielet Jum tat-Tridu Wara l-quddiesa tal-10a.m. jkollna l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Ewkaristija, u wara tingħad il-kurunella. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef. Wara kant tal-litanija, innu, antifona u barka sagramentali. Fis-7p.m. Konferenza fuq it-Talba tar-Rużarju indirizzata minn P. Alan J. Adami O.P. fil-kjostru tal-Kunvent.

Is-Sibt 2 t’ Ottubru – Lejliet il-Festa Fil-5:45p.m. Talba tar-Rużarju Mqaddes quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija mmexxija minn P. Alan J. Adami O.P. Fis-7p.m. Transalazzjoni u Talba tal-Għasar Solenni u barka sagramentali. Fit-8p.m. attività soċjali fil-kunvent.


Il-Ħadd 3 t’Otturbu – Jum il-Festa Quddies: Fit-8a.m. u 12p.m. Fl-9:45a.m. Ingress solenni tal-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja. Fl-10a.m. Pontifikal solenni mmexxi mill-E.T. Mons. Arċisqof Alessandro D’Errico.. Wara tingħad is-Supplika tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompei. Fil-5:30pm. Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Fis-5:45p.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Stefan Galea. Fis-6:30pm. Talba tal-Għasar Solenni u repożizzjoni tar-relikwija u barka sagramentali. Fis-7:30p.m. Kunċert Mużikali quddiem il-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, mill-Kor residenzjali tal-Knisja tagħna Princeps Melitae taħt id-direzzjoni tas-surmast Stephen Camilleri. Jagħmel id-diskors tal-okkażjoni P. Tonio Mallia Milanes O.P.

Matul dan il-weekend qiegħed jitqassam il-Fuljett mit-telgħa tal-Lunzjata. Fih issibu l-programm kollu tal-festa tal-Madonna tar-Rużarju u ċ-ċelebrazzjonijiet tax-xahar t’Ottubru. Fil-fuljett hemm l-envelope biex wieħed ikun jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq il-festa tal-Madonna tar-Rużarju.

36 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


bottom of page