Search

Avviżi 26-27 t'Ottubru 2019

1. Nhar il-Erbgħa 30 t’Ottubru filgħodu ser isir coffee morning għall-Lajċi Dumnikani. Għal aktar informazzjoni jew biljetti kellmu lil P. Claudio Borg, Grace Gatt jew Maria Camilleri


2. Nhar il-Erbgħa 30 t’Otturbu fis-6:45p.m. ser ikollna kunċert mis-Salisbury Community Choir, mill-Ingilterra miġjub Malta mill-fondazzjoni Ġwanni Pawlu II fl-okkazzjoni tal-Għelqu ix-xahar tar-Rużarju.


3. Nhar il-Ħamis 31 t’Ottubru ser ikollna katina ta’ Rużarju. Wara l-quddiesa tal-10a.m. ser ikollna l-epsozizzjoni ta’ Ġesu’ Ewkaristija u tibda katina tat-talba tar-Rużarju sas-5:45p.m. Fil-5:15p.m. ikollna l-aħħar rużarju meditat u wara barka sagramentali. Fis-5:45p.m. tingħadt it-talba tal-Għasar u fis-6:15p.m. quddiesa bil-kant ta’ Te Deum. Wara ċelebrazzjoni Marjana bix-xbieha tal-Madonna tar-Rużarju fil-Knisja. Ser tingħata wkoll tifkira lil kulħadd.


4. Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Novembru hija s-solennita’ tal-Qaddisin Kollha. Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ikollna adorazzjoni bil-kant tal-litanija tal-qaddisin u b


5. Is-Sibt 2 ta’ Novembru niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet. Ikollna quddes fis-7:30a.m., fit-8:00a.m., fl-10a.m. u oħra fl-10:30a.m. Fil-5:30p.m. ikollna t-talba tar-Rużarju u fis-5:45p.m. t-talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. quddiesa kkoċelebrata b’suffraġġju għall-erwieħ ta’ dawk li sarilhom il-funeral fil-Knisja tagħna minn Novembru tas-sena l-oħra.


6. Il-Ħadd 3 ta’ Novembru niċċelebraw il-festa ta’ San Martin De Porres fil-quddiesa tal-10a.m. mmexxija mill-Pirjol u wara isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier tal-Knisja. Mistiedna b’mod speċjali t-tfal, u nħeġġukom iġibu l-annimali biex inberkuhom. Fin-12:30p.m. ser ikollna attivita’ soċjali fil-kjostru tal-Kunvent. Għall-biljetti kelmu lil P. Claudio Borg

7. Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru ser jiġi orgnizzat pellegrinaġġ għaċ-ċimiterju tal-Addolorata biex inżuru il-Kappella tax-Xirka tad-Duluri. Tluq bit-trasport mill-Birgu fit-8a.m. Fit-8:30a.m. serjibda l-pellegrinaġġ fiċ-ċimiterju bit-talba tar-rużarju u wara quddiesa fil-Kappella tad-Duluri. Għat-trasport kellmu lil P. Claudio Borg.

0 views
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa