Avviżi 26– 27 ta’ Diċembru 2020

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru – Festa tal-Familja Mqaddsa Għada/illum fl-10a.m. jkollna quddiesa kantata.


Il-Ħamis 31 ta’ Diċemrbu – L-Aħħar tas-Sena Fil-5:30p.m. Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. quddiesa u wara jitkanta t-Te Deum u Barka Sagramentali.

Fil-11p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol u wara mumenti ta’ adorazzjoni u barka sagramentali biex flimkien bħala komunita’ nilqgħu is-sena ċentinarja flimkien. F’12p.m. mixegħla ġenerali tal-Knisja minn barra u l-Annijiet taċ-Ċentinarju ta’ Missierna San Duminku.


Il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar – Solennita’ ta’ Marija Omm Alla Quddies: 8a.m. 10a.m. li tkun kantata u 12p.m.


Is-Sibt 2 ta’ Jannar – Lejliet L-Epifanija tal-Mulej Fil-5:30p.m. Rużarju Fis-5.45p.m. Talba tal-Għasar Solenni tal-Epifanija tal-Mulej. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol. Fi tmiem il-quddiesa ssir l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-pedestall tal-vara ta’ Missierna San Duminku u wara tingħad il-kurunella, antifona u barka sagramentali.


Il-Ħadd 3 ta’ Jannar: Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej Fid-9:30a.m. Talba tat-tifħir ta’ sbieħ il-Jum u l-Uffiċċju tal-Qari. Fl-10a.m. quddiesa mmexxija minn P. Alan Joseph Adami għaż-Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu. Fil-5:30p.m. Rużarju. Wara purċissjoni bil-Bambin tax-Xirka fil-Knisja u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mid-Direttur tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla P. Tonio Mallia Milanes OP.

Il-Ġabra speċjali tax-xahar ta’ Diċembru li għamilna il-weekend li għadda kienet ta’ €636.36c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.

Matul dawn il-jumejn qed titqassam il-ħarġa speċjali tal-fuljett mit-Telgħa tal-Lunzjata. Fih ser issibu l-programm sħiħ taċ-ċelebrazzjonijet tal-ftuħ taċ-ċentinarju ta’ Missierna San Duminku. Infakkarkom li dakinhar tal-ftuħ uffiċċjali taċ-ċentinarju fl-10 ta’ Jannar ser ikollna fostna l-Em. T. Il-Kardinal Mario Grech li ser imexxi l-pontifikal solenni fid-9.30a.m.

31 views0 comments

Recent Posts

See All