Avviżi 26 - 27 ta’ Frar 2022

Jekk Alla jrid nhar l-Erbgħa nagħtu bidu għaż-żmien qaddis tar-Randan. Ejjew bħala komunità nagħmlu din il-mixja spiritwali flimkien. Ħejjejna programm ta’ attivitajiet spiritwali biex jgħinnukom tgħixu dan iż-żmien fit-totalità tiegħu. Wieħed jista’ jara l-programm fuq il-paġna tal-facebook tal-kunvent.


L-Erbgħa 2 ta’ Marzu – Ras ir-Randan Quddies: 7:30a.m. u 10a.m. Fil-5:30p.m. Talba tal-Għasar fl-Oratorju fil-Kunvent u wara purċissjoni fil-kjostru bil-kant tal-litanija tal-qaddisin. Fis-6:15p.m. Quddiesa kkonċelebrata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP bir-rit tat-tqegħid tal-irmied.


Il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu – Via Sagra u Laqgħa tal-Katekiżmu għall-Adulti Fis-5:45p.m. Via Sagra animata fil-knisja. Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-oratorju.


It-Tnejn 7 ta’ Marzu – Aquinas Lecture Fis-7p.m. Aquinas Lecture fuq is-sagrament taż-żwieġ mill-E.T. Mons. Em. George Frendo OP fis-sala Dumnikana.





36 views0 comments

Recent Posts

See All