top of page

Avviżi 28 – 29 ta’ Novembru 2020

Għada/il-lejla Il-Ħadd 29 ta’ Novembru – Ngħixu l-Avvent Flimkien Fis-6:30pm ser ikollna espozzizjoni ta' Gesu' Ewkaristija b'mumenti ta' adorazzjoni fis-skiet, Rużarju, Għasar u Kompieta fl-Oratorju fil-Kunvent.

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru – Ċelebrazzjoni tax-Xahar tal-Paċi tal-Ordni Dumnikan Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Provinċja tagħna qed torganizza ċelebrazzjoni tax-xahar tal-paċi. Din is-sena l-Ordni qed jitlobna nitolbu għall-paċi fl-Ukrajna. Iċ-ċelebrazzjoni ser tkun fil-Knisja ta’ Ġesu’ Nazzerenu tas-Sliema fis-6p.m.

L-Erbgha 2 ta’ Diċembru – Lejliet is-Solennita’ tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja 5:30p.m. Rużarju 5:45p.m. L-Ewwel talba tal-Għasar Kantata. 6:15p.m. Quddiesa mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP

Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru – Jum is-Solennità tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja 5:30p.m. Rużarju 5:45p.m. It-Tieni talba tal-Għasar kantat. 6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP.

Fis-7p.m. Nagħtu bidu għan-novena ta’ taħditiet bi preparazzjoni għaċ-ċentinarju tal-mewt glorjuża ta’ Missierna San Duminku fil-kjostru. Jagħmel diskors ta’ inawgurazzjoni l-Pirjol u wara jagħti konferenza P. Vince Micallef OP.

Il-Ħadd 6 ta’ Diċmebru – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Fis-6:30p.m. Adorazzjoni fis-skiet, Rużarju, Għasar u Kompieta fl-Oratorju tal-Kunvent bħala tħejjija spiritwali fi żmien l-Avvent.

36 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentarios


bottom of page