Avviżi 29 - 30 ta’ Jannar 2022

Fuq talba tal-Pirjol u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani tal-Birgu ser ikollna fostna r-Relikwija tal-Beatu Carlos Acutis ġewwa l-Birgu fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata mill-31 ta' Jannar sat-3 ta' Frar. Dan huwa mument ta' grazzja għalina lkoll u nħeġġukom titolbu ghaż-żgħażagħ biex jiskopru mill-ġdid il-fidi fi Kristu bl-interċessjoni tal-Beatu Carlos Acutis.


It-Tnejn 31 ta' Jannar – Bidu taż-żjara tar-Relikwija tal-Beatu Carlos Acutis Fis-5:45pm Nilqgħu ir-relikwija tal-Beatu Carlos Acutis fil-Kunvent. Wara ssir ċelebrazzjoni fil-Knisja u t-talba tar-Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija.

Fis-6:15pm Quddiesa bl-omelja fuq il-Beatu Carlos Acutis mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP. Wara tingħata l-barka sagramentali.


It-Tlieta 1 ta' Frar - it-Tieni Jum taz-Żjara Fis-7:30a.m. Quddiesa u wara jingħad it-talb tal-Beatu Carlos Acutis. Fl-10am Quddiesa. Wara l-quddiesa ser jintwera filmat fuq il-ħajja tal-Beatu Carlos Acutis. Fis-5:45pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Wara talba tal-ewwel għasar tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6:15pm Quddiesa bl-omelija mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fis-7p.m. Konferenza fuq il-ħajja spiritwali tal-Beatu Carloa Acutis fil-knisja. Wara jsir talb għall-fejqan tal-morda bl-interċessjoni tal-Beatu Carlos Acutis.


L-Erbgha 2 ta' Frar - L-aħħar jum taż-żjara u l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-7.30am Quddiesa u wara jingħad it-talb tal-Beatu Carlos Acutis. Fl-10am Quddiesa u wara adorazzjoni b’riflessjonijiet tal-Beatu Carlos Acutis. Fis-5:45pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija. Wara talba tal-ewwel għasar tal-preżentazzjoni tal-Mulej. Fis-6:15pm Quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP li tibda bir-rit tat-tberik tax-xemgħa fil-kappella tad-Duluri. Wara tingħata l-barka sagramentali.


Il-Ġimgħa 4 ta’ Frar – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, Laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti Wara l-quddiesa tal-10a.m. ssir l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.

Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ssir il-laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-oratorju.




61 views0 comments

Recent Posts

See All