top of page

Avviżi 3-4 ta' Diċembru 2022

Il-Ħadd 4 ta’ Diċembru – It-Tieni Ħadd tal-Avvent Il-Quddiesa tal-10a.m. ser tkun animata minn Kor Barrani bħala parti mill-Malta International Christmas Choir Festival. Fis-6p.m. ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Knisja. Ikollna Lectio Divina, rużarju u Talba tal-Għasar u Kompjeta.


Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru – Is-Solennità tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija Il-Quddies ikun fis-7:30a.m., 10a.m. u 6:15p.m. Fl-10a.m. quddiesa kantata bl-omelija.


Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru – It-Tielet Ħadd tal-Avvent Fis-6p.m. ċelebrazzjoni tal-Avvent fil-Knisja. Ikollna Prietka, Rużarju, Talba tal-Għasar u Kompjeta.


Il-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu qed jorganizza rtir tal-Avvent nhar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru fil-Kunvent tagħna mid-9a.m. sa 12p.m. Wara jkollna ikla flimkien. L-irtir huwa miftuħ għal kulħadd u għal-lajċi dumnikani kollha ta’ Malta.

Min m’għandux fuljett tax-xahar ta’ Diċembru jista’ jieħu wieħed hu u ħiereġ mill-knisja. Fih issibu ċ-ċelebrazzjonijiet kollha marbuta mal-Avvent u l-Milied.

35 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page