Avviżi 3– 4 ta’ Jannar 2021
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar: Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej Fid-9:30a.m. Talba tat-tifħir ta’ sbieħ il-Jum u l-Uffiċċju tal-Qari. Fl-10a.m. quddiesa mmexxija minn P. Alan Joseph Adami għaż-Żgħażagħ Dumnikani tal-Birgu. Fil-5:30p.m. Rużarju. Wara purċissjoni bil-Bambin tax-Xirka fil-Knisja u wara talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mid-Direttur tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla P. Tonio Mallia Milanes OP.
It-Tnejn 4 ta’ Jannar: Jum it-tfal Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa għaż-żgħażagħ Dumnikani mmexxija minn Dun Mark Spiteri.
It-Tlieta 5 ta’ Jannar: Jum il-Lajċi Dumnikani Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa għall-lajċi Dumnikani mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Fis-7p.m. jindirizza it-tieni konferenza fuq Missierna San Duminku l-E.T. Mons. Arċisqof George Frendo OP fl-oratorju fil-kunvent.
L-Erbgħa 6 ta’ Jannar: Ġurnata Ewkaristika Ġurnata Ewkaristika u jum il-ftuħ taċ-ċentinarju ta’ San Duminku ġewwa Bolonja. Wara l-quddiesa tas-7:30a.m. issir espozizzjoni ta’ Ġesu’ Ewkaristija u tkompli sas-6:15p.m. Fis-5:45p.m. talba tal-Għasar mmexxija u wara quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra, wara tingħata l-barka sagramentali.
Il-Ħamis 7 ta’ Jannar: Jum il-Ħajja Kkonsagrata Fis-6p.m. Rużarju. Fis-6:15p.m. Quddiesa għar-reliġjużi kollha tal-Kottonera iċċelebrata mill-W.R. Provinċjal P. Effie Mallia OFM Cap. Wara jsir il-kant tal-innu, l-antifona u barka sagramentali.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar: Jum il-Kottonera Fil-11a.m. Tnedija tal-ppubblikazzjoni tal-ktieb tat-tfal bl-istorja ta’ Missierna San Duminku fil-Kjostru. Fis-6:15p.m. Quddiesa kkonċelebrata bis-sehem tal-arċiprieti u retturi tal-knejjes u superjuri reliġjużi tal-Kottonera. Immexxi l-Arċipriet tal-Birgu il-Kan. Dun Karm Busuttil. Wara jsir il-kant tal-innu, l-antifona u barka sagramentali.
Is-Sibt 9 ta’ Jannar: Lejliet il-ftuħ taċ-Ċentinarju Fis-5.45p.m. Transalazzjoni solenni bir-relikwija ta’ Missierna San Duminku mill-Oratorju tal-Madonna tar-Rużarju u wara Għasar Solenni. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata u wara tingħata l-barka sagramentali.
Il-Ħadd 10 ta’ Jannar: Jum il-Ftuħ taċ-Ċentinarju Fis-6:45a.m. Quddiesa bir-rit Dumnikan mmexxija minn P. Alan J. Adami OP. Fit-8a.m. Quddiesa mmexxija minn Dun Emmanuel Schembri, viċi arċipriet ta’ Bormla. Janima l-quddiesa l-kor ta’ Bormla.
Fid-9:30am. Ingress solenni tal-Em. T. Il-Kardinal Mario Grech. Wara pontifikal solenni bis-sehem tal-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ P. Salv Galea OP.
F’12p.m. Quddiesa mmexxija minn P. Karm Spiteri.
Fis-7p.m. Akkademja mużikali fl-okkażżjoni tal-ftuħ tas-sena ċentinarja mtellgħa mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own tal-Birgu fil-Knisja u jsir l-inawgurazzjoni tal-Innu taċ-ċentinarju: “Sebħ il-ġmiel ta’ Kalaroga”. (N.B. wieħed irrid jiġbor il-biljett biex jidħol il-knisja għall-akkademja).
Dawk li jixtiequ jagħmlu bukkett tal-fjuri quddiem il-vara irridu jordnawh sa għada l-Ħadd/ il-lejla. Tistgħu tkellmu lil Fra Xmun jew lili. Il-prezz tal-bukkett huwa ta’ €25.
Il-Ġabar ta’ dan il-weekend ser tmur b’risq ir-restawr tal-pedestall u l-ispejjeż taċ-ċentinarju. Grazzi bil-quddiem tal-għajnuna kbira tagħkom.
Comments