top of page

Avviżi 30 – 31 t’ Ottubru 2021

Il-Ħadd 31 t'Otturbu – Tmiem ix-Xahar tar-Rużarju Quddies: 8a.m., 10a.m., u 12p.m. Fis-5:45p.m. Talba tar-Rużarju Meditat, kant tat-Te Deum u barka sagramentali. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. P. Lawrence Lew OP li għaliha mistednin il-Fratellanzi tar-Rużarju ta' Malta. Wara ssir ċelebrazzjoni Marjana.


It-Tnejn 1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin Kollha Quddies: 7:30a.m. , 10a.m. u 6:15p.m. Fil-5:45p.m. Rużarju. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata. Fis-6:15p.m Quddiesa kantata mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Wara kant tal-litanija tal-qaddisin u barka sagramentali.


It-Tlieta 2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet Quddies: 7:30a.m. , 8a.m., 10a.m., 10:30a.m. Fis-5:45p.m. Rużarju tal-Erwieħ. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar kantata. Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra OP. Il-Quddiesa ssir b’suffraġju għal dawk li sarilhom il-funeral fil-knisja tagħna minn Novembru tal-2020.


L-Erbgħa 3 ta’ Novembru – Festa ta’ San Martin de Porres Fis-5:45p.m. Rużarju. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mmexxija mill-Pirjol. Il-quddiesa tkun animata mill-grupp tal-abbatini tal-knisja tagħna. Wara tingħad il-kurunella ta’ San Martin u barka sagramentali.


Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar u l-Laqgħa Ġenerali Wara l-quddiesa tal-10a.m. ssir l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Fis-7p.m. ser issir il-Laqgħa Ġenerali tal-Kumitat tal-Festi Esterni San Duminku, fil-kjostru tal-Kunvent.


Is-Sibt 6 ta’ Novembru – Ftuħ tal-Wirja – “Pie Pater Dominice” Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. il-Pirjol jiftaħ il-wirja “Pie Pater Dominice” fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin kollha Dumnikani fis-Sala tal-Kunvent.


Il-Ħadd 7 ta’ Novembru – Il-Qaddisin kollha Dumnikani Fl-9:45a.m. Purċissjoni fil-Knisja bir-relikwarju tal-qaddisin Dumnikani waqt li titkanta il-litanija tal-Qaddisin Dumnikani Fl-10am. Quddiesa kantata u kkonċelebrata f’jum il-Qaddisin jollha Dumnikani. Janima l-quddiesa bl-arpa Jacob Portelli flimkien mas-sopran Dorothy Baldacchino.


Din il-ġimgħa wasal mir-restawr il-Kurċifiss tal-artal tad-Duluri. Ir-restawr sar minn Brian Caruana. Kull donazzjoni b’risq dan il-proġett hija apprezata.


Fuq l-artali tal-ġnub tal-knisja hemm esebizzjoni ta’ arranġamenti tal-fjuri u drapp b’temi Marjani. Inħeġġukom iżżuruhom.

28 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page