top of page

Avviżi 30– 31 ta’ Jannar 2021

Għada/illum il-Ħadd 31 ta’ Jannar - Għeluq taż-żjara tal-Bastun ta’ San Ġużepp.

Fit-8am Quddiesa u wara tinghad il-kurunella ta' San Gużepp.

Fl-10am Quddiesa kantata mmexxija mill-pirjol P. Aaron Zahra OP u wara jitkanta t-Te Deum u barka sagramentali.


Matul din il-ġimgħa l-Bastun ta’ San Ġużepp ser ikun fil-Knisja ta’ San Lawrenz.

It-Tlieta 2 ta’ Frar – Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej u Jum il-Ħajja Konsagrata 5:30p.m. – Rużarju 5:45p.m. – Talba tal-Għasar 6:15p.m. – Isir it-tberik tax-xema’ fl-oratorju fil-kunvent u wara tkompli l-quddiesa fil-knisja.

Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar – L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar Wara l-quddiesa tal-10a.m. ikollna l-adorazzjoni tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-7p.m. – Laqgħa tal-Katekiżmu fl-oratorju fil-kunvent.

Dawk li jixtiequ jagħmlu l-intenzzjonijiet tal-quddies jistgħu ikellmu lil Fra Xmun. Importanti li taħsbu minn qabel.

Illum qiegħed jitqassam il-fuljett tax-Xahar ta’ Frar. Fih issibu il-programm tal-attivitajiet għax-xahar ta’ Frar.

28 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page