top of page

Avviżi 31 ta' Lulju - 1 t'Awwissu

It-Tlieta 3 t’Awwissu – It-Tnax–il Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju u litanija u kurunella ta’ Missierna San Duminku.

Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.


Il-Ġimgħa 6 t’Awwissu – it-800 anniversarju mill-Mewt ta’ Missierna San Duminku Filgħodu ser jinxtegħlu 800 xemgħa mal-knisja kollha biex infakkru dan il-jum speċjali. Il-Malta Post ser toħroġ timbru kommemorattiv għall-okkażjoni f’din il-ġurnata. Wieħed jista’ jixtri l-envelope bit-timbru u l-bolla kommemorativa mill-Kunvent.

Fl-10a.m. Quddiesa mmexxija minn P. Tonio Mallia Milanes u wara jsir it-tberik tal-ilma ta’ San Duminku. Wara ssir l-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar u barka sagramentali. Fis-5:45p.m. Rużarju meditat quddiem Ġesù Sagramentat u barka sagramentali. Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. wara titkanta l-litanija ta’ Missierna San Duminku u ssir purċissjoni fil-knisja għal fuq l-artal ta’ San Duminku fejn tingħad il-kurunella u l-patrijiet ikantaw l-antifona O Spem Miram. Fis-7:15p.m. Id-Disa’ u l-aħħar konferenza bi tħejjija għaċ-ċentinarju. Jindirizza l-konferenza l-E.T. Mons. Isqof Joseph Galea Curmi bit-tema: L-irwol tad-Dumnikani fil-ħidma pastorali fil-Knisja f’Malta.


Is-Sibt 7 t’Awwissu – Lejliet il-Festa liturġika ta’ Missierna San Duminku Fil-5:30p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6p.m. Ingress solenni tal-E.T. Mons. Isqof Carmelo Zammit, Isqof ta’ Ġibilta’. Fis-6p.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Carmelo Zammit. Fit-8p.m. Jubilee Gala Dinner fil-Westin Dragonara Hotel.


Il-Ħadd 8 t’Awwissu – Jum il-Festa Liturġika ta’ Missierna San Duminku Fit-8:45a.m. Talba tal-Uffiċċju tal-Qari u tifħir ta’ sbieħ il-jum. Fl-9:45a.m. Ingress solenni tal-E.T. Mons. Arċisqof George Frendo O.P., Ariċisqof ta’ Tirana l-Albanija. Fl-10a.m. Quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof George Frendo O.P. wara jsir il-kanta tal-antifona. ________________________________________________________________

Il-ġabra speċjali tax-xahar ta’ Lulju laħqet is-somma sabiħa ta’ €1, 143.40c. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita’ kbira tagħkom.

Dawk li jixtiequ joffru l-quddies b’suffraġġju għall-għeżież mejtin tagħna, fadal xi postijiet vojat matul ix-xahar t’Awwissu. Wieħed jista’ jkellem lil Fra Xmun.

47 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page