Avviżi 12 – 13 ta’ Diċembru 2020

Updated: Dec 15, 2020

Għada/il-lejla Il-Ħadd 13 ta’ Diċembru – Ngħixu l-Avvent Flimkien Fis-6:30pm ser ikollna espozzizjoni ta' Gesu' Ewkaristija b'mumenti ta' adorazzjoni fis-skiet, Rużarju, Għasar u Kompieta fl-Oratorju fil-Kunvent. Nhar it-Tlieta 15 ta’ Diċembru – Bidu tan-Novena tal-Milied Nhar it-Tlieta nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. 9 t’tijiem ta’ preparazzjoni għas-solennita’ tat-Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Matul in-novena fis-6p.m. jkollna t-talba tar-Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija u barka sagramentali. Wara quddiesa bl-omelija u wara tingħad il-kurunella lill-Ġesu’ Bambin quddiem il-presepju. Nhar it-Tlieta fl-Ewwel Jum tan-Novena wara l-quddiesa jitpoġġa l-Bambin fil-maxtura fil-presepju. Nhar il-Ħadd 20 ta’ Diċembru – Ċelebrazzjoni tal-Milied Il-Quddiesa tal-10a.m. tkun tan-novena tal-Milied u mistiedna ż-żagħżagħ u t-tfal. Il-quddiesa ser tkun animata mill-band tal-Grupp Unitas. Fis-7p.m. ser ikollna Carol Service mill-Kor Chorus Princeps Melitae u riflessjonijiet fuq il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Minħabba d-direttivi marbuta mal-pandemija tal-Covid-19 wieħed irrid jiġbor il-biljett mis-sagristija mill-llum u matul din il-ġimgħa biex jattendi għall- Carol Service. Iż-Żagħżagħ Dumnikani tal-Birgu qed jagħmlu bejgħ ta’ Christmas Logs u kif ukoll Hampers tal-Milied. Wieħed jista’ javviċina xi membru tal-kumitat taż-żagħżagħ.


27 views0 comments
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa