Avviżi 5 - 6 ta’ Frar 2022

Il-Ħamis 10 ta’ Frar – Solennità tal-Appostlu Missierna San Pawl (Festa Kmandata) Nhar il-Ħamis niċċelebraw is-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Infakkrukom li hija festa kmandata. Quddies: 8a.m. , 10a.m. u 12p.m.


Il-Ġimgħa 11 ta’ Frar – Laqgħa tal-Katekiżmu għall-adulti Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ssir il-laqgħa tal-katekiżmu għall-adulti fl-oratorju.

Matul dan il-weekend qed issir il-ġabra speċjali b’risq il-knisja tagħna. Nirringrazzjawkom bil-quddiem tal-għajnuna kbira tagħkom.

F’ismi u f’isem il-komunità tal-patrijiet Dumnikani tal-Birgu nirringrazzjaw lil dawk kollha involuti fiż-żjara tar-relikwija tal-Beatu Carlo Acutis. Kellna 3 t’ijiem ta’ grazzja kbira u ta’ devozzjoni u ġabra. Wieħed jista’ jixegħel ix-xemgħa quddiem ix-xbieha tiegħu fil-knisja. Għandna għall-bejgħ ukoll domni tal-Beatu Carlo Acutis għall-prezz ta’ €2.

40 views0 comments

Recent Posts

See All