Avviżi 5 – 6 ta’ Marzu 2022

It-Tnejn 7 ta’ Marzu – Aquinas Lecture Fis-7p.m. Aquinas Lecture fuq is-sagrament taż-żwieġ mill-E.T. Mons. George Frendo OP fis-Sala Dumnikana.


Mit-Tnejn 7 sal-Ġimgħa 11 ta’ Marzu – Eżerċizzji Spiritwali tar-Randan Fil-quddiesa tas-6:15p.m. isiru l-Eżerċizzji tar-Randan minn P. Aaron Zahra OP u P. Tonio Mallia Milanes OP.


Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu – Via Sagra Animata Fis-5:45p.m. Via Sagra animata fil-knisja.


Il-ġabra li saret fil-quddies ta’ Jum Ras ir-Randan fil-Knisja tagħna b’risq ir-refuġjati tal-Ukrajna laħqet is-somma ta’ €701.32ċ. Grazzi tal-ġenerożità kbira tagħkom. Inħeġġukom tkompli titolbu għall-paċi fl-Ukrajna.

19 views0 comments

Recent Posts

See All