Avviżi 5-6 ta' Novembru

Il-Ħadd 6 ta’ Novembru – Tberik tal-Annimali/ Festa San Martin De Porres Fl-10a.m. quddiesa mmexxija mill-Pirjol. Wara ser issir demostrazzjoni bix-xbieha ta’ San Martin De Porres mill-Knisja sa Couvre Port. Wara ser issir taħdita fuq il-ħarsien tal-annimali mis-Sur George Farrugia mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-ħarsien tal-annimali. Wara jsir it-tberik tal-annimali. Fostna ser ikollna is-sezzjoni tal-klieb tal-Korp tal-Pulizija.

It-Tnejn 7 ta’ Novembru – Festa tal-Familja Dumnikana Fis-6p.m. Talba tar-Rużarju meditata fil-kjostru tal-kunvent. Wara ser titkanta l-litanija tal-qaddisin dumnikani u nkomplu b’quddiesa kantata mmexxija mill-W. R. Provinċjal P. Vince Micallef OP għall-familja kollha Dumnikana Maltija.

Il-Ħadd 20 ta’ Novembru – Pellegrinaġġ għall-Kappella tax-Xirka tad-Duluri fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Fit-3:30a.m. Rużarju u wara quddiesa fil-kappella tax-Xirka tad-Duluri. Wara jsir it-tberik tal-oqbra.

35 views0 comments

Recent Posts

See All