Avviżi 6-7 Novembru 2021
Is-Sibt 6 ta’ Novembru – Ftuħ tal-Wirja – “Pie Pater Dominice” Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. il-Pirjol jiftaħ il-wirja “Pie Pater Dominice” fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qaddisin kollha Dumnikani fis-Sala tal-Kunvent.
Il-Ħadd 7 ta’ Novembru – Il-Qaddisin kollha Dumnikani- Festa Familja Dumnikana tal-Birgu Fl-9:45a.m. Purċissjoni fil-Knisja bir-relikwarju tal-qaddisin Dumnikani waqt li titkanta il-litanija tal-Qaddisin Dumnikani Fl-10am. Quddiesa kantata u kkonċelebrata f’Jum il-Qaddisin kollha Dumnikani. Janima l-quddiesa bl-arpa Jacob Portelli flimkien mas-sopran Dorothy Baldacchino. Mistednin l-għaqdiet kollha tal-Birgu.
It-Tnejn 8 ta’ Novembru – Anniversarju tal-Mejtin kollha tal-Ordni Dumnikan Fis-5:45p.m. Rużarju. Fis-6p.m. Talba tal-Għasar. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija mmexxija mill-Pirjol b’suffraġju għad-Dumnikani kollha mejtin tal-Birgu. L-Għaqdiet Dumnikani mitluba jġibu l-istendardi tagħhom il-knisja biċ-ċoff iswed.
Il-Ħamis 11 ta’ Novembru – Bidu tal-Kors tal-Katekiżmu għall-Adulti Fis-6:15p.m. Quddiesa għal dawk li ser jagħmlu l-kors tal-Katekiżmu. Wara jkollna l-ewwel laqgħa ta’ introduzzjoni fl-oratorju.
Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru – Festa tal-Familja Dumnikana Il-Kunsill Provinċjali tal-Lajċi Dumnikani ser jorganizza l-Festa tal-Familja Dumnikana fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fis-6:15p.m.
Il-Ħadd 14 ta’ Novembru – Pellegrinaġġ Annwali tax-Xirka tad-Duluri Fis-2:15p.m. Tluq bit-trasport minn quddiem il-Knisja tal-Lunzjata. Fit-3p.m. Jibda l-pellegrinaġġ bir-rużarju mill-entratura taċ-Ċimiterju sal-kappella tax-Xirka tad-Duluri. Wara l-pirjol imexxi l-quddiesa b’suffraġġju għall-erwieħ mejtin tax-Xirka tad-Duluri. Wara jsir it-tberik tal-oqbra tal-Patrijiet Dumnikani, tal-Arċikonfraternità tas-Ssm. Rużarju u tal-Fratellanza tal-Qalb ta’ Ġesù.
Comments