top of page

Avviżi 6 – 7 t’Awwissu 2022

It-Tnejn 8 t’Awwissu – Festa Liturġika ta’ Missierna San Duminku Fl-10a.m. Quddiesa mmexxija minn P. Alan J. Adami OP u wara tingħad il-Kurunella ta' San Duminku. Fil-5:30p.m. Rużarju Fis-5:45p.m. Talba tal-Għasar immexxija mir-Rev. Pirjol P. Aaron Zahra OP. Fis-6:15p.m. Quddiesa bl-omelija minn P. Tonio Mallia Milanes OP. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

It-Tlieta 9 t’Awwissu – It-Tlettax-il Tlieta ta’ Missierna San Duminku Fis-6p.m. Rużarju, litanija, u kurunella ta’ Missierna San Duminku. Fis-6:15p.m. quddiesa bl-omelija. Wara kant tal-antifona u barka sagramentali.

Nhar il-Ħadd 14 t’Awwissu – Ikun hawn quddiesa fis-6:15p.m. ta’ lejliet is-Solennità ta’ Santa Marija. Infakkru li hija festa kmandata.

Il-Pirjol u l-Komunità tal-Patrijiet Dumnikani jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Arċipriet u l-Kapitlu u lil kulħadd għall-festa ta’ San Lawrenz li ser tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 10 t’Awwissu.

73 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentários


bottom of page