Avviżi 6– 7 ta’ Frar 2021

Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar niċċelebraw is-Solennita’ ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl li hija festa kmandata bl-obligu tal-quddies. Il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. 8a.m., 10a.m. u 12p.m.

Il-quddiesa ta’ nhar it-Tlieta filgħaxija tkun tgħodd għall-Erbgħa wkoll.

Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar – Lejliet it-trasport tal-fdalijiet ta’ Francesca Tereża Parlar, Terzjarja Dumnikan. Fid-9:30a.m. ser issir quddiesa fil-kappella tax-Xirka tad-Duluri fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Dawk interessati li jattendu jistgħu ikelmu lili, jew lil Grace Gatt jew Maria Camilleri. Fis-6p.m. Rużarju u wara ssir il-Vestizzjoni tal-Lajċi Dumnikani ġodda.

Fis-6:15p.m. Quddiesa mmexxija minn P. Llewwellyn Muscat O.P.

Fis-7p.m. jkollna it-3 Konferenza taċ-ċentinarju ta’ San Duminku minn P. Llewwelyn Muscat fl-oratorju bit-tema’: San Duminku: Riformatur tal-Bniedem, Riformatur tas-Soċjeta’, Riformatur tal-Knisja.

Nhar is-Sibt 13 ta’ Frar – Jum it-trasport tal-fdalijiet ta’ Francesca Tereża Parlar Fid-9a.m. b’mod privat il-fdalijiet tagħha jinħarġu mill-kappella tad-Duluri fiċ-ċimiterju u wara jibqgħu sejrin fil-Bażilika tal-Vittorja l-Isla fejn fl-10a.m. hemm quddiesa mmexxija mill-Arcipriet Dun Robin Camilleri. F’12p.m. nilqgħu il-fdalijiet tagħha ġewwa l-Birgu u jitpoġġew għal qima tal-poplu fl-oratorju fil-kunvent sal-5:30p.m. Fis-6p.m. il-fdaljiet jittieħdu mill-oratorju għall-knisja akkumpanjati mill-patrijiet Dumnikani tal-Belt u l-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Isla u l-komunita’ tagħna. Fis-6:15p.m. quddiesa solenni kkonċelebrata mmexxija mill-Pirjol P. Aaron Zahra O.P. fejn wara ssir id-difna tal-fdalijiet hawnhekk fil-knisja.

Dawn għandhom ikunu ġranet ta’ grazzja għalina lkoll li ser nilqgħu il-fdalijiet ta’ din il-mara li mietet b’fama kbira ta’ qdusija u mxiet fuq il-passi ta’ Missierna San Duminku. J’Alla inressqu it-talb tagħna quddiem Alla bl-interċessjoni ta’ Francesca Tereża Parlar u jekk hi ir-rieda tiegħu tkun magħduda mal-lista tal-qaddisin ta’ Ommna l-Knisja.




70 views0 comments

Recent Posts

See All