Avviżi 6– 7 ta’ Marzu 2021

Il-Ħadd 7 ta’ Marzu – Attende Domine: Ngħixu r-Randan flimkien Fis-6:30p.m. Lectio Divina, talba tal-Għasar u l-kompieta fl-oratorju.

Il-Ġimgħa 12 ta’ Marzu – Festa ta’ Ġesù Redentur Fis-5:45p.m. Via Sagra animata Fis-6:15p.m. Quddiesa kantata bl-omelija mmexxija mill-Pirjol Fis-7p.m. Velja ta’ Talba animata mill-Kor Princeps Melitae organizzata mill-Arċikonfraternita’ tar-Rużarju Mqaddes fl-okkażjoni tal-450 anniverarju mit-twaqqif tal-fratellanza.

Kuljum matul ir-Randan fis-5:45p.m. ikollna l-Via Sagra u t-talba tar-Rużaju qabel il-quddiesa tas-6:15p.m.

Dawk li jixtiequ joffru l-intenzzjonijet tal-quddies għall-erwieħ għeżież tagħna jistgħu ikellmu lil Fra Xmun. Importanti li tibbukjaw l-inenzzjonijet minn qabel.

Matul il-ġimgħat li ġejjien mhux ser ikollna laqgħat tal-katekiżmu għall-adulti minħabba l-pandemija.

Inħeġġiġkom biex matul il-funzjonjiet kollha reliġjużi inħarsu d-direttivi marbuta mal-Covid -19. Importanti li dejjem inżommu d-distanza soċjali fil-knisja u ma’ nħallux tissues warajna fil-bankijiet.




38 views0 comments

Recent Posts

See All
Kunvent tal-Lunzajta

Kunvent Patrijiet Dumnikani

Triq il-Mina l-Kbira,

Il-Belt Vittoriosa

Phone:  21825198

© 2020 Dominican Fathers, Vittoriosa