top of page

Avviżi 6 – 7 ta’ Mejju 2023

It-Tnejn 8 ta’ Mejju – Festa tal-Madonna ta’ Pompei Fid-9:30a.m. pellegrinaġġ Marjan mat-toroq tal-Birgu. Fl-10a.m. quddiesa animata mit-tfal tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir. Fil-11:30a.m. quddiesa u wara tingħad is-Supplika tal-Madonna ta’ Pompei u t-tberik tal-ward u barka sagramentali.


Is-Sibt 13 ta’ Mejju - Ordinazzjoni Saċerdotali Fid-9:30a.m. Fra Ian Zammit OP ser jiġi ordnat saċerdot minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.

Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. bi preparazzjoni għall-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku tingħad il-kurunella u jsir it-tberik ta’ domni u santi ta’ Missierna San Duminku quddiem il-vara.


Il-Ħadd 14 ta’ Mejju – Quddiesa għad-Dumnikani Mejtin Fit-3:30p.m. fil-Kappella tax-Xirka tad-Duluri fiċ-ċimiterju tal-Addolorata ser issir quddiesa għal ħutna Dumnikani Ġirbin mejtin. Din qed issir fl-okkażjoni tal-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku.

Illum qed jitqassam il-fuljett mit-Telgħa tal-Lunzjata tax-xahar ta’ Mejju. Fih issibu ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ matul ix-xahar ta’ Mejju u kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Ewwel Tlieta ta’ Missierna San Duminku.

77 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


bottom of page