Avviżi 7 – 8 ta’ Jannar 2023
Il-Ħadd 8 ta’ Jannar – Solennità tal-Epifanija tal-Mulej Fl-9:45a.m. nilqgħu il-maġi fostna u jsir ir-rit tat-tberik tal-bieb tal-Knisja tal-Epifanija tal-Mulej. Fl-10a.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-pirjol.
It-Tnejn 9 ta’ Jannar – Festa tal-Magħmudija tal-Mulej Fil-quddiesa tas-6:15p.m. isir ir-rit tat-tberik tal-ilma.
Il-Kunsill tal-Lajċi Dumnikani tal-Birgu ħejja programm ta’ konferenzi li jittrattaw it-tagħlim ta’ San Tumas t’Akwinu. Dawn il-konferenzi ser isiru mill-E.T. Mons. Arċisqof Emeritu George Frendo O.P. Ser ikollna konferenza kull xahar minn Jannar sa Lulju. Dawn il-konferenzi qed jiġu organizzati fl-okkażjoni tas- 7 ċentinarju tal-kanonizzazzjoni ta’ San Tumas t’Akwinu.
F’isem id-Dar tal-Providenza nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom. Il-ġabra li saret mill-knisja tagħna kienet ta’ €2,800. Grazzi lill-benefatturi kollha.
Dawk li jixtiequ joffru l-quddies għall-għeżież mejtin tagħhom jistgħu javviċinaw lil Fra Xmun.
Yorumlar