Avviżi 7 - 8 ta’ Mejju 2022

Il-Ħadd 8 ta' Mejju - Festa tal-Madonna tar-Rużarju ta' Pompei Quddies: 8am, 12pm Fl-10am Quddiesa Kantata mmexxija mill-W.R. Provinċjal P. Vince Micallef OP. Wara joħroġ pellegrinaġġ devozzjonali bix-xbiha devota tal-Madonna tar-Rużarju Mqaddes li tgħaddi minn Triq il-Mina il-Kbira, Telgħet il-Vittmi tal-Polvrista, Triq il-Kardinal Fabrizio Sciberras, Triq Desain, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq il-Mina il-Kbira. Fuq iz-zuntier isir it-tberik tal-ward u tingħad it-talba tas-Supplika tal-Madonna ta' Pompei.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Mejju – Katekeżi fuq l-omeliji tal-Papa Franġisku/ Rużarju mall-Majjistru tal-Ordni Dumnikan Wara l-quddiesa tas-6:15p.m. ikun hemm il-laqgħa tal-katekeżi fuq l-omelija tal-Papa Franġisku f’Malta fis-Sala Dumnikana. Fid-9p.m. Ser ningħaqdu mal-W.R. Majjistru tal-Ordni Dumnikan P. Gerard F. Timoner III għat-talba tar-Rużarju għall-paċi li ser jingħad mill-kamra ta’ San Duminku ġewwa l-kunvent ta’ Santa Sabina Ruma. Ninġabru flimkien hawnhekk fil-knisja biex flimkien mal-majjistru tal-ordni nitolbu għall-paċi.

F’ismi u f’isem il-komunità tal-patrijiet Dumnikani tal-Birgu nawguraw l-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha.

33 views0 comments

Recent Posts

See All